Digriet ta’ l-Imħallef għall-miżuri provviżorji tal-11 ta’ Ġunju 2007 – Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-324/06 R)
“Miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Revoka ta’ assistenza finanzjarja – Fond ta’ Koeżjoni – Interess dirett – Inammissibbiltà – Urġenza”
1. Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà – Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali – Nuqqas ta’ rilevanza – Limiti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 104(1)) (ara l-punt 27)
2. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Artikolu 12(1)(h); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1831/94, Artikolu 5(2) u (7)) (ara l-punti 34-37, 41, 43, 47)
3. Komunitajiet Ewropej – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ l-atti ta’ l-istituzzjonijiet (Artikolu 10 KE, ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE u l-Artikolu 234 KE) (ara l-punti 45-46)
4. Miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall- għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 51-52, 55)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C (2006) 3782 tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Awwissu 2006, dwar ir-revoka ta’ l-assistenza finanzjarja mogħtija skond il-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett Nru 95/10/61/017 – Żvilupp ta’ Grand-Porto/sud – subsistema ta’ Gondomar, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (95) 3281, tat-18 ta’ Diċembru 1995.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy