Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Município de Gondomar vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-324/06)
“Rikors għal annullament – Fond ta’ Koeżjoni – Regolament (KE) Nru 1164/94 – Kanċellament ta’ għajnuna finanzjarja – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Artikolu 12(1)(h)); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1831/94, Artikoli 5(2) u 7) (ara l-punti 37-52)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3782 tas-16 ta’ Awwissu 2006, dwar il-kanċellament tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-Proġett Nru 95/10/61/017 intitolat “Żvilupp ta’ Grand Porto Sud – Subsistema de Gondomar”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa micħud bħala inammissibbli.
2)
Município de Gondomar għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni, inklużi l-ispejjeż relattivi għall-proċedura għal miżuri provviżorji.
Full & Egal Universal Law Academy