Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Frar 2008 – Altana Pharma vs UASI – Avensa (PNEUMO UPDATE)
Kawża T-327/06
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PNEUMO UPDATE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pneumo – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament mhux fondat fid-dritt”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33-36)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal-11 ta’ Settembru 2006 (Każ R 668/2005-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Avensa AG u Altana Pharma AG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Altana Pharma AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali PNEUMO UPDATE għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 5, 9, 16, 35, 38 u 41 – applikazzjoni Nru 2462049
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Avensa AG
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Ġermaniża Pneumo għal prodotti tal-klassi 5, peress li l-oppożizzjoni kienet intiża biss kontra r-reġistrazzjoni għall-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibli u, parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
2)
Altana Pharma AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy