Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2008 – Rath vs UASI – Grandel (Epican)
(Kawża T-374/06)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Epican – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EPIGRAN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 33, 60, 61)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 1324/2005-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. Grandel GmbH u Matthias Rath.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Matthias Rath
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Epican għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 – Applikazzjoni Nru 2524510
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Dr. Grandel GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali EPIGRAN, inizjalment irreġistrata għal prodotti fil-klassijiet 1, 3 u 5, li fil-preżent għadha rreġistrata għal prodotti fil-klassi 3 (Trade mark Komunitarja Nru 560292)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
2)
Matthias Rath għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Dr. Grandel GmbH.
Full & Egal Universal Law Academy