Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-26 ta' Novembru 2008 – Makhteshim-Agan Holding et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-393/06)
“Rikors għal annullament – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Direttiva 91/414/KEE – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva azinphos-methyl – Inklużjoni fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE – Nuqqas ta’ proposta ġdida mill-Kummissjoni wara l-oppożizzjoni tal-Kunsill – Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KEE – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Nuqqas ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 91/414, Anness I; Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6)) (ara l-punti 31, 44, 45)
2. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Intimazzjoni lill-istituzzjoni - Nuqqas (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 49, 50)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li allegatament tinsab f’ittra tat-12 ta’ Ottubru 2006, li ma tippreżentax proposta għall-inklużjoni tas-sustanza attiva azinphos-methyl fl-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, p. 1), jew, sussidjarjament, talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni billi din tal-aħħar naqset illegalment milli tippreżenta tali proposta.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Makhteshim-Agan Holding BV, Makhteshim-Agan Italia Srl u Magan Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.
3)
Il-European Crop Protection Association għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy