8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Hans Eckelkamp, Natalie Eckelkamp, Monica Eckelkamp, Saskia Eckelkamp, Thomas Eckelkamp, Jessica Eckelkamp, Joris Eckelkamp vs Belgische Staat
(Kawża C-11/07) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 58 KE - Taxxa tas-suċċessjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kalkolu tat-taxxa fuq it-trasferiment tal-proprjetà immobbli li ma tippermettix it-tnaqqis, mill-valur ta' proprjetà immobbli, ta' debiti ggarantiti b'ipoteka marbuta ma' din il-proprjetà minħabba li, fil-mument tal-mewt tagħha, il-persuna li nfetħet is-suċċessjoni tagħha kienet residenti fi Stat Membru ieħor - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Assenza)
(2008/C 285/09)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Beroep te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hans Eckelkamp, Natalie Eckelkamp, Monica Eckelkamp, Saskia Eckelkamp, Thomas Eckelkamp, Jessica Eckelkamp, Joris Eckelkamp
Konvenuta: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Gent — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 17, 18, 56 u 58 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni fuq il-proprjetà immobbli li ma tippermettix it-tnaqqis, mill-valur ta' proprjetà immobbli, ta' debiti ggarantiti b'ipoteka marbuta ma' din il-proprjetà minħabba li, fil-mument tal-mewt tagħha, il-persuna li nfetħet is-suċċessjoni tagħha kienet residenti fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar il-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni u tat-taxxa fuq it-trasferiment dovuti fir-rigward ta' proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru, li ma tipprevedix il-possibbiltà li jitnaqqsu d-debiti marbuta ma' din il-proprjetà immobbli meta l-persuna li nfetħet is-suċċessjoni tagħha ma kinitx, fil-mument tal-mewt tagħha, residenti f'dan l-Istat iżda fi Stat Membri ieħor, filwaqt li dan it-tnaqqis ikun previst meta din il-persuna kienet, f'dan l-istess mument, residenti fl-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli li hija s-suġġett tas-suċċessjoni.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy