22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 — Marguerite Chetcuti vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-16/07 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni - Rifjut ta' kandidatura - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni)
(2008/C 301/13)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Marguerite Chetcuti [rappreżentant: M.-A. Lucas, avocat]
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Joris u K. Herrmann, aġenti]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tat-8 ta' Novembru 2006, Chetcuti vs Il-Kummissjoni (T-357/04), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni, tat-22 ta' Ġunju 2004, li tiċħad il-kandidatura tagħha u tal-atti sussegwenti tal-proċediment tal-kompetizzjoni — Ksur tal-Artikoli 4, 27 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-verżjoni li kienet fis-seħħ sat-30 ta' April 2004 — Kunċett ta' “kompetizzjoni interna” u għan, espress fir-reklutaġġ, li l-istituzzjoni tiġi żgurata l-kompetizzjoni ta' persuni li għandhom “l-ogħla kwalitajiet ta' kompetenza, ta' rendiment u ta' integrità” — Ammissibbiltà tal-persunal awżiljarju
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Chetcuti hija kkundannata għall-ispejjeż tal-appell.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy