26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Frar 2008 — Wineke Neirinck vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-17/07 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) - Proċedura ta' reklutaġġ - Ċaħda ta' kandidatura - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
(2008/C 107/09)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Wineke Neirinck [rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avocats]
Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) ta' l-14 ta' Novembru 2006, Neirinck vs Il-Kummissjoni (T-494/04) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet it-talba tar-rikorrenti intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tagħha għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljara fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (UIB) u n-nomina ta' kandidat ieħor għall-imsemmija kariga kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta' danni — Kunċett ta' interess ġuridiku — Obbligu ta' motivazzjoni — Distorsjoni ta' l-elementi ta' prova — Abbuż ta' poter — Interess tas-servizz u prinċipji ta' premura u ta' amministrazzjoni tajba
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-14 ta' Novembru 2006, Neirinck vs Il-Kummissjoni (T-494/04), hija annullata in kwantu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta' l-obblgu ta' motivazzjoni li jivvizzja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' April 2004 li tinforma lil W. Neirinck li ma għaddietx mill-prova orali tal-proċedura ta' reklutaġġ għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljarja fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.
2)
L-appell huwa miċħud għall-bqija.
3)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' April 2004 li tinforma lil W. Neirinck li ma għaddietx mill-prova orali tal-proċedura ta' reklutaġġ għall-kariga ta' ġurista fis-settur tal-politika immobbiljarja fi ħdan l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, hija annullata.
4)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
5)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, it-totali ta' dawk sostnuti minn W. Neirinck quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy