24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Conseil d'État — Franza) — Banque Fédérative du Crédit Mutuel vs Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie
(Kawża C-27/07) (1)
(Taxxa fuq il-kumpanniji - Direttiva 90/435/KEE - Profitti taxxabbli tal-kumpannija parent - Nuqqas ta' deduċibbiltà ta' spejjeż u imposti li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ishma fil-kumpannija sussidjarja - Iffissar ta' l-ammont ta' l-imsemmija spejjeż għal rata waħda uniformi - Limitu ta' 5 % tal-profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja - Inklużjoni tal-krediti tat-taxxa)
(2008/C 128/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Banque Fédérative du Crédit Mutuel
Konvenut: Ministre de l'Économie, des Finances et de l'Industrie
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d'État — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 4, 5 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji parent u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 6) — Integrazzjoni mill-ġdid fil-profitti taxxabbli ta' kumpannija parent ta' proporzjon fiss ta' spejjeż u ta' imposti ta' 5 % tad-dħul mill-ishma tagħha f'kumpannija sussidjarja, inklużi krediti tat-taxxa — Kompatibbiltà ta' din l-integrazzjoni mill-ġdid mal-limitu previst fl-Arikolu 4 tad-direttiva — Ħtieġa ta' tpaċija integrali tal-kreditu tat-taxxa mat-taxxa dovuta mill-kumpannija parent
Dispożittiv
Il-kunċett ta' “profitti mqassma mill-kumpannija sussidjarja”, skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(2), tad-Direttiva tal-Kunsill KEE/90/435, tat-23 ta' Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tinkludi, f'dawn l-imsemmija profitti, il-krediti tat-taxxa li kienu ġew mogħtija bil-għan li tiġi kkumpensata taxxa f'ras il-għajn imposta mill-Istat Membru tal-kumpannija sussidjarja fir-rigward tal-kumpannija parent
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy