10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta' Novembru 2008 — Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-38/07 P) (1)
(Appell - Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali - Eżistenza ta' sitwazzjoni partikolari - Nuqqas ta' ingann - Traskuraġni manifesta tal-importatur)
(2009/C 6/04)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Appellant: Heuschen & Schrouff Oriental Foods Trading BV [rappreżentant: H. de Bie, advocaat]
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: X. Lewis, aġent u F. Tuytschaever, advocaat]
Suġġett
Appell magħmul kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-30 ta' Novembru 2006, Heuschen & Schrouff Oriëntal Foods vs Il-Kummissjoni (T-382/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 19/2002, tas-17 ta' Ġunju 2004, li tikkonstata li r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni mhijiex iġġustifikata f'każ partikolari.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Heuschen & Schrouff Oriëntal Foods Trading BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.04.2007.
Full & Egal Universal Law Academy