21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-39/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għar-rikonoxximent tad-diplomi li jippermettu l-aċċess għall-professjoni ta' spiżjar ta' l-isptar - Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva)
(2008/C 158/08)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) f'dak li jirrigwarda l-professjoni ta' spiżjar ta' l-isptar.
Dispożittiv
1)
Peress li naqas milli jadotta l-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, f'dak li jikkonċerna l-professjoni ta' spiżjar ta' l-isptar, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy