7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto — il-Portugall) — Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd vs Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
(Kawża C-42/07) (1)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 KE - Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Operazzjoni ta’ logħob tal-ażżard fuq l-internet)
2009/C 267/15
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Bwin International Ltd, li qabel kienet Baw International Ltd
Konvenut: Departamento de Jogos da Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de Pequena Instância Criminal do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 49 u 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva lil entità partikolari d-dritt li topera, b’mod esklużiv, il-logħob tal-ażżard u l-lotteriji u li tikkunsidra bħala reat l-attività ta’ organizzazzjoni, promozzjoni u teħid, inkluż bl-internet, ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Impriża li teżerċita l-attività ta’ operazzjoni ta’ mħatri u ta’ lotteriji online u li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor ipprojbita milli tippromwovi, torganizza u topera dawn l-imħatri u lotteriji bl-internet u milli tqiegħed għad-dispożizzzjoni tar-rebbieħa l-valur tal-prezzijiet
Dispożittiv
L-Artikolu 49 KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lil operaturi, bħal Bwin International Ltd, stabbiliti fi Stati Membri oħra, fejn jipprovdu legalment servizzi analogi, milli jipproponu logħob tal-ażżard bl-internet fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru.
(1) ĠU C 69, 24.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy