10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-46/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 141 KE - Politika soċjali - Remunerazzjoni ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa - Kunċett ta' “remunerazzjoni’ - Skema ta' rtirar tal-uffiċjali)
(2009/C 6/05)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L.Pignataro-Nolin u M. van Beek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, G. Fiengo u W. Ferrante, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 141 KE — Ksur tal-prinċipju ta' remunerazzjoni ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-uffiċjali pubbliċi, età ta' rtirar varjabbli skond is-sess.
Dispożittiv
1)
Billi adottat dispożizzjonijiet li bis-saħħa tagħhom l-uffiċjali għandhom id-dritt li jirċievu l-pensjoni tal-anzjanità f'età differenti skont jekk humiex irġiel jew nisa, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha previsti fl-Artikolu 141 KE.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy