21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 — Masdar (UK) Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-47/07 P) (1)
(Appell - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Rikors ibbażat fuq arrikkiment indebitu tal-Komunità - Programmi ta' għajnuna Komunitarja - Irregolaritajiet imwettqin mill-parti kontraenti tal-Kummissjoni - Servizzi pprovduti minn subappaltatur - Nuqqas ta' ħlas - Riskji inerenti fl-attivitajiet ekonomiċi - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Obbligu ta' diliġenza tal-amministrazzjoni Komunitarja)
(2009/C 44/08)
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellant: Masdar (UK) Ltd [rappreżentanti: A. Bentley, QC u P. Green, Barrister]
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Enegren u M. Wilderspin, aġenti]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta' Novembru 2006, Masdar (UK) Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-333/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala mhux fondat rikors għal danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għal danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara ċ-ċaħda tal-Kummissjoni li tħallasha għas-servizzi li hija ssostni li pprovdiet fil-kuntest ta' żewġ proġetti tal-programm TACIS fil-Moldova u fir-Russja.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Masdar (UK) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy