26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-57/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għal riunifikazzjoni tal-familja - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)
(2008/C 22/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Condou-Durande, aġent)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, p. 12).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skond din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy