12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-59/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/109/KE - L-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għal żmien twil - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 8/07)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Condou-Durande u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta' Novembru 2003, dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, p. 44)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta' Novembru 2003, dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi imposti fuqu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 24.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy