26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-29 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen — L-Iżveżja) — Kerstin Sundelind Lopez vs Miguel Enrique Lopez Lizazo
(Kawża C-68/07) (1)
(Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 3, 6 u 7 - Kompetenza ġurisdizzjonali - Għarfien u infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju - Konvenut ċittadin u residenti ta' pajjiż terz - Regoli nazzjonali ta' ġurisdizzjoni li jipprovdu vantaġġ eżorbitanti)
(2008/C 22/29)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Kerstin Sundelind Lopez
Konvenut: Miguel Enrique Lopez Lizazo
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Högsta domstolen — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 3, 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, (ĠU L 338, p. 1) — Ġurisdizzjoni fil-kuntest ta' proċedura ta' divorzju, mhuwiex domiċiljat fit-territorju ta' Stat Membru u lanqas ċittadin ta' Stat Membru
Dispożittiv
L-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2004, tat-2 ta' Diċembru 2004, fir-rigward ta' Trattati mas-Santa Sede, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta' proċedura ta' divorzju, fejn il-konvenut ma jkollux ir-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru u ma jkunx ċittadin ta' Stat Membru, il-qrati ta' Stat Membru ma jistgħux, sabiex jiddeċiedu fuq din it-talba, jibbażaw il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq id-dritt nazzjonali jekk qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy