29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-69/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/35/KE - Ambjent - Parteċipazzjoni pubblika fit-tfassil ta' ċerti pjani u programmi - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)
(2008/C 79/12)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Recchia u J.-B. Laignelot, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u S. Fiorentino, avukat]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jimplimenta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17)
Dispożittiv
1)
Peress li ma implimentatx il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2003/35/KE, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent, u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy