30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Franco Campoli vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-71/07 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Pensjoni - Applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni kkalkolat skond l-għoli tal-ħajja medju fl-Istat ta' residenza - Sistema tranżitorja stabbilita bir-Regolament li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal - Eċċezzjoni ta' illegalità)
(2008/C 223/18)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Franco Campoli (rappreżentanti: G. Vandersanden, L. Levi u S. Rodrigues, avukati)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti), Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tad-29 ta' Novembru 2006, Campoli vs Il-Kummissjoni (T-135/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata t-talba għall-annullament tal-karti tal-pensjoni (pension slips) tar-rikorrent għax-xhur ta' Mejju sa Lulju 2004, safejn japplikaw għall-ewwel darba koeffiċjent ta' korrezzjoni kkalkolat illegalment skond l-għoli tal-ħajja medju fil-pajjiż ta' residenza ta' l-appellant, u mhux skond l-għoli tal-ħajja fil-belt kapitali ta' dan il-pajjiż — Effett tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal l-ġodda fuq is-sistema ta' koeffiċjenti ta' korrezzjoni — Sistema tranżitorja għall-uffiċjali li ħarġu bil-pensjoni qabel l-1 ta' Mejju 2004 — Metodu għall-kalkolu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni u l-osservanza tal-prinċipju ta' trattament ugwali — Obbligu ta' motivazzjoni
Dispożittiv
1)
L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.
2)
F. Campioli, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy