9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — L-Italja) — Ispettorato Provinciale dell'Agricoltura di Enna, Assessorato all'agricoltura e foreste della regione Sicilia, Regione Sicilia vs Domenico Valvo
(Kawża C-78/07) (1)
(Agrikoltura - Regolamenti (KEE) Nru 2328/91 u (KE) Nru 950/97 - Artikoli 17 u 18 - Kumpens għal żvantaġġi naturali permanenti - Bdiewa li għandhom pensjoni tas-servizz - Dritt għal kumpens - Limiti)
(2008/C 116/12)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ispettorato Provinciale dell'Agricoltura di Enna, Assessorato all'agricoltura e foreste della regione Sicilia, Regione Sicilia
Konvenut: Domenico Valvo
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 950/97, ta' l-20 ta' Mejju 1991, dwar it-titjib fl-effiċjenza ta' l-istrutturi agrikoli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għoti ta' kumpens għal żvantaġġi naturali permanenti lill-bdiewa li jirċievu pensjoni tas-servizz
Dispożittiv
L-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 950/97, ta' l-20 ta' Mejju 1997, dwar it-titjib fl-effiċjenza ta' l-istrutturi agrikoli, jikkonferixxu fuq l-Istati Membri l-possibbiltà li jagħtu kumpens lill-operaturi agrikoli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet elenkati f'dawn iż-żewġ artikoli. Madankollu, dawn ma jipprekludux lil Stat Membru milli jiċħad li jagħti tali kumpens fil-każ fejn l-operatur jirċievi pensjoni u, b'mod partikolari, pensjoni tas-servizz.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy