9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-81/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/59/KE - Pjanijiet għall-akkoljenza u t-trattament ta' l-iskart tal-bastimenti)
(2008/C 116/13)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u K. Simonsson, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Chala u I. Pouli, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija — Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 332, p. 81)
Dispożittiv
1)
Billi naqqset milli tistabbilixxi, tadotta u tapprova l-pjanijiet għall-akkoljenza u t-trattament ta' l-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija, ir-Repubblika Ellenika naqqset li twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 24.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy