24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-84/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/51/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi - Studji mwettqa f'“Ċentru ta' studji Liberi’ li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Ottiku)
(2009/C 19/02)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3, 4(1)(b) u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p. 25).
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Ellenika,
—
billi naqqset milli tagħraf id-diplomi ta' ottiku mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti Taljani wara li taħriġ mogħti fil-kuntest ta' ftehim skont liema taħriġ mogħti fil-Greċja minn entità privata huwa rikonoxxut minn dawn l-awtoritajiet;
—
billi tissuġġetta l-eżami tal-applikazzjoni għal rikonoxximent ta; diplomi Taljani ta' ottiku għall-ikkomunikar, mingħand l-awtoritajiet Taljani, tar-risposta għal ħames domandi li l-awtoritajiet Elleniċi indirizzawlhom preċedentement, u
—
billi ma ħallietx l-għażla bejn perijodu ta' adattament u li jittieħed test għall-kapaċità lill-applikanti li ressqu applikazzjonijiet għal rikonoxximent ta' diplomi Taljani ta' ottiku qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi 2916/2001 dwar l-istruttura tal-edukazzjoni universitarja jew simili u għall-irregolar ta' kwistjonijiet dwar is-settur teknoloġiku ta' dan it-tagħlim,
naqqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2001.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy