23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-85/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/60 KE - Artikoli 5(1) u 15(2) - Politika Komunitarja fil-qasam ta' l-ilma - Distrett idrografiku - Rapport fil-qosor u ta' analiżi - Komunikazzjoni - Nuqqas)
(2008/C 51/41)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quentillán u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: M. I . Braguglia, aġent u M. G. Fiengo, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 5(1) u 15(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, p. 1) — Nuqqas ta' preżentazzjoni ta' rapporti fil-qosor fuq l-analiżi mitluba skond l-Artikolu 5 f'dak li jikkonċerna ċerti distretti idrografiċi — Nuqqas ta' twettiq ta' l-analiżi u r-reviżjonijiet previsti mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva
Dispożittiv
1)
Fir-rigward tad-distrett idrografiku pilota tas-Serchio u parti mid-distretti idrografiċi ta' l-Alpi ta' lvant, kif ukoll tat-tramuntana, taċ-ċentru u ta' nofsinhar ta' l-Appennini, u billi ma ppreżentatx rapport fil-qosor fuq l-analiżi mitluba skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, kif jipprovdi l-Artikolu 15(2) ta' din id-direttiva, u billi m'għamlitx l-analiżi u l-istudji msemmija fl-Artikolu 5(1) tagħha, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikoli 5(1) u 15(2) ta' l-imsemmija direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy