26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-89/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Impjiegi ta' kaptan u ta' uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera ta' Stat Membru - Kundizzjoni ta' nazzjonalità)
(2008/C 107/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Rozet, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u O. Christmann, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 39(4) KE — Ċirkulazzjoni libera tal-ħaddiema — Użu tal-prerogattivi ta' l-awtorità pubblika — Rekwiżit tan-nazzjonalità Franċiża sabiex jiġu eżerċitati l-impjiegi ta' kaptani u ta' uffiċjali (assistenti tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Franċiża — Inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju
Dispożittiv
1)
Peress li żammet fil-liġi tagħha r-rekwiżit tan-nazzjonalità Franċiża għall-aċċess għall-impjiegi ta' kaptan u ta' uffiċjal (assistent tal-kaptan) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Franċiża, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 39 KE.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy