19.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-92/07) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Regoli ta’ “standstill” u ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu li jsir ħlas għall-finijiet tal-ksib u l-proroga ta’ permess ta’ residenza - Proporzjonalità tal-ħlas li jrid isir - Paragun mal-ħlas magħmul minn ċittadini tal-Unjoni - Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni - Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali - Artikoli 10(1) u 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni)
2010/C 161/02
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Kuijper u S. Boelaert, aġenti)
Konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: H. G. Sevenster, C. Wissels u M. de Grave, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Möller, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat f’Ankara fit-12 ta’ Settembru 1963, konkluż f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10), tal-Artikolu 41 tal-Protokoll Addizzjonali, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41) u tal-Artikoli 10(1) u 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni — Dazji tal-boll diskriminatorji għal dak li jirrigwarda l-permessi ta’ residenza
Dispożittiv
(1)
Billi għall-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza, stabbilixxa u żamm sistema li tipprovdi għal ħlas sproporzjonat meta mqabbel ma’ dak mitlub miċ-ċittadini tal-Istati Membri għall-ħruġ ta’ dokumenti simili, u billi applika din is-sistema għaċ-ċittadini Torok li għandhom dritt ta’ residenza fil-Pajjiżi l-Baxxi skont:
—
il-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963 f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963,
—
il-Protokoll Addizzjonali, li ġie iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972, u
—
id-Deċiżjoni Nru 1/80, adottata fid-19 ta’ Settembru 1980, mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u kompost, minn naħa, minn membri tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, minn membri tal-Gvern Tork,
ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-Artikolu 41 ta’ dan il-Protokoll Addizzjonali, kif ukoll l-Artikoli 10(1) u 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.
(2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 95, 28.04.2007.
Full & Egal Universal Law Academy