26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — Id-Danimarka) — Nordania Finans A/S, BG Factoring A/S vs Skatteministeriet
(Kawża C-98/07) (1)
(Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 19(2) - Kalkolu tal-proporzjon imnaqqas - Esklużjoni ta' l-ammont tad-dħul mill-bejgħ attribwit lill-provvisti ta' oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju tagħha - Kunċett ta' “oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju tagħha’ - Vetturi mixtrija minn kumpannija ta' leasing sabiex jinkrew u sussegwentement jinbiegħu fit-tmiem tal-kuntratti tal-hire purchase)
(2008/C 107/12)
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nordania Finans A/S, BG Factoring A/S
Konvenut: Skatteministeriet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Kalkolu tal-proporzjon imnaqqas — Inklużjoni jew le ta' l-ammont tad-dħul mill-bejgħ ta' vetturi ta' kumpannija ta' leasing ta' vetturi fit-tmiem ta' kuntratti ta' leasing
Dispożittiv
L-Artikolu 19(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta' “oġġetti kapitali użati mill-persuna taxxabbli għall-iskopijiet tan-negozju [tagħha]” ma jinkludix vetturi li impriża ta' leasing tixtri bil-ħsieb, bħal fil-kawża prinċipali, li tikrihom u sussegwentement tbiegħhom fit-tmiem tal-kuntratti ta' hire purchase, meta l-bejgħ ta' dawn il-vetturi fit-tmiem ta' dawn il-kuntratti jifforma parti integrali mill-attivitajiet ekonomiċi abitwali ta' din l-impriża.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy