24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) ta' l-10 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Road der Nederlanden — L-Olanda) — Adidas AG, adidas Benelux BV vs Marca Mode CV, C&A Nederland, H&M Hennes & Mauritz Netherlands BV, Vendex KBB Nederland BV
(Kawża C-102/07) (1)
(Trade marks - Artikoli 5(1)(b, u (2) kif ukoll 6(1)(b), tad-Direttiva 89/104/KEE - Ħtieġa ta' disponibbiltà - Trade marks figurattivi bi tliet strixxi - Disinni b'żewġ strixxi użati minn kompetituri bħala tiżjin - Ilment ibbażat fuq il-ksur u t-tnaqqis fl-effett tat-trade mark)
(2008/C 128/21)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Road der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: adidas AG, adidas Benelux BV
Konvenuti: Marca Mode CV, C&A Nederland, H&M Hennes & Mauritz Netherlands BV, Vendex KBB Nederland BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 3(1)(b) u (ċ) ta' L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 1989, L 40, p. 1) — Rifjut ta' reġistrazzjoni jew invalidità — Nuqqas ta' karattru distintiv — Akkwist permezz ta' l-użu — Interess ġenerali li ma tiġix ristretta indebitament id-disponibbiltà tas-sinjali meqjusa mill-pubbliku kkonċernat bħala sinjali li jservu sabiex iżejnu l-prodott u mhux sabiex jiddistingwuh.
Dispożittiv
L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ħtieġa ta' disponibbiltà tista' tittieħed in kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-portata tad-dritt esklużiv tal-proprjetarju ta' trade mark biss safejn hija applikabbli l-limitazzjoni ta' l-effetti tat-trade mark definita fl-Artikolu 6(1)(b) ta' l-imsemmija direttiva.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy