29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Angel Angelidis vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-103/07 P) (1)
(Appell - Uffiċjali - Rapport ta' evalwazzjoni - Assessur uniku - Kundizzjonijiet - Konsultazzjoni mas-superjur ġerarkiku dirett - Nuqqas ta' bidla fl-impjieg - Motivazzjoni - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
(2008/C 79/13)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Angel Angelidis (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Parti l-oħra fil-kawża: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Mustapha Pacha u A. Lukošiūtė, aġenti)
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta' Diċembru 2006, Angelidis vs Il-Parlament (T-416/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrent intiż, minn naħa, għall-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tiegħu għal perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2001, u min-naħa l-oħra, għall-għoti ta' danni bħala kumpens għad-dannu subit kemm fir-rigward ta' l-allegati irregolaritajiet fir-rapport ta' evalwazzjoni in kwistjoni kif ukoll fir-rigward ta' l-allegat fatt li dan ir-rapport dam ma ġie stabbilit.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
A. Angelidis għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy