8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Il-Belġju) — N.V. Lammers & Van Cleeff vs Belgische Staat
(Kawża C-105/07) (1)
(Libertà ta' stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Interessi mħallsa minn kumpannija sussidjarja bħala ħlas għall-fondi mislufa mill-kumpannija prinċipali stabbilita fi Stat Membru ieħor - Rikwalifikazzjoni ta' l-interessi bħala dividendi taxxabbli - Nuqqas ta' rikwalifikazzjoni fil-każ ta' interessi mħallsa lil kumpannija residenti)
(2008/C 64/17)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: N. V. Lammers & Van Cleeff
Konvenuta: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 12, 43, 48, 56 u 58 KE — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tikkwalifika bħala divendi taxxabbli l-interessi mħallsa minn kumpannija sussidjarja f'remunerazzjoni ta' fondi mislufa mill-kumpannija prinċipali li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor iżda mhux fil-każ ta' interessi mħallsa lil kumpannija residenti
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 48 KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha l-interessi mħallsa minn kumpannija residenti ta' Stat Membru lil amministratur li jkun kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor jiġu rikwalifikati bħala dividendi u li jkunu, minħabba f'hekk, taxxabbli, meta, fil-bidu tal-perijodu taxxabbli, l-ammont totali tal-ħlasijiet li jipproduċu l-interessi jaqbżu l-kapital meħlus flimkien mar-riżervi ntaxxati, filwaqt li, fl-istess ċirkustanzi, meta dawn l-interessi jitħallsu lil amministratur li jkun kumpannija stabbilita fl-istess Stat Membru, dawn ma jiġux rikwalifikati bħala dividendi u, minħabba f'hekk, mhumiex taxxabbli.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy