26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-106/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/59/KE - Faċilitajiet fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija - Nuqqas ta' ħolqien u ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament ta' l-iskart għall-portijiet kollha)
(2008/C 22/30)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bordes u K. Simonsson, aġenti)
Konvenuat: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues et A. Hare, agenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81)
Dispożittiv
1)
Billi ma ħolqotx u ma implimentatx, fit-terminu preskritt, il-pjanijiet ta' akkoljenza u ta' trattament ta' l-iskart għall-portijiet kollha tagħha, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 5(1) u 16(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 95 tat-28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy