7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' April 2008 — Ferrero Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Cornu SA Fontain
(Kawża C-108/07 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta' konfużjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja FERRO - Oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali preċedenti FERRERO - Prova tal-karattru distintiv ħafna tat-trade mark preċedenti)
(2008/C 142/12)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Ferrero Deutschland GmbH [rappreżentant: M. Schaeffer, Rechtsanwalt]
Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: A. Rassat, aġent], Cornu SA Fontain
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tal-15 ta' Diċembru 2006, Ferrero Deutschland vs L-UASI u Cornu (T-310/04) li għandha bħala suġġett rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-17 ta' Marzu 2004, (Każ R 540/2002-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ferrero OHG mbH u Cornu SA Fontain — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 (ĠU 1994, L 11, p. 1) — Probabbiltà ta' konfużjoni bejn żewġ trade marks — Livell medju ta' xebh bejn it-trade marks — Ftit xebh bejn il-prodotti — Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta' Diċembru 2006, Ferrero Deutschland vs L-UASI — Cornu (FERRO) (T-310/04), hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-17 ta' Marzu 2004 (Każ R 540/2002-4) hija annullata.
3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Cornu SA Fontain huma kkundannati għall-ispejjeż relattivi għall-appell.
4)
Ferrero Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi għall-proċeduri fil-Prim'Istanza, bl-esklużjoni ta' dawk relattivi għall-intervent ta' Cornu SA Fontain.
5)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relattivi għall-proċedura fil-Prim'Istanza, bl-esklużjoni ta' dawk relattivi għall-intervent ta' Cornu SA Fontain.
6)
Cornu SA Fontain għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk relattivi għall-intervent tagħha sostnuti minn Ferrero Deutschland GmbH u mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy