16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 — Selex Sistemi Integrati S.p.A. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol)
(Kawża C-113/07 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 82 KE - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Organizzazzjoni internazzjonali - Abbuż minn pożizzjoni dominanti)
2009/C 113/06
Lingwa tal-proċedura: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Selex Sistemi Integrati S.p.A. [rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciandone u D. Fioretti, avukati]
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol) [rappreżentanti: F. Montag u T. Wessely, Rechtsanwälte]
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2006, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni (T-155/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament jew għall-modifika tad-deċiżjoni tal-Kummmissjoni tat-12 ta’ Frar 2004 li tiċħad l-ilment ta’ Selex Sistemi dwar allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE fil-qasam tal-kompetizzjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Selex Sistemi Integrati SpA għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u nofs l-ispejjeż tal-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru (Eurocontrol).
3)
L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni tal-Ajru għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007
Full & Egal Universal Law Academy