21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Erste Group Bank AG, li kienet Erste Bank der österreichischen Sparkassen AG (C-125/07 P), Raiffeisen Zentralbank Österreich AG (C-133/07 P), Bank Austria Creditanstalt AG (C-135/07 P), Österreichische Volksbanken AG (C-137/07) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawżi magħquda C-125/07 P, C-133/07 P, C-135/07 P u C-137/07 P) (1)
(Appell - Akkordji - Iffissar minn banek Awstrijaċi tar-rati kredituri u debituri - “Klabb Lombard” - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Kalkolu tal-multi - Suċċessjoni ta’ impriżi - Impatt konkret fuq is-suq - Implementazzjoni tal-akkordju)
2009/C 282/03
Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Erste Group Bank AG, li kienet Erste Bank der österreichischen Sparkassen AG (C-125/07 P) (rappreżentant: F. Montag, Rechtsanwalt) Raiffeisen Zentralbank Österreich AG (C-133/07 P) (rappreżentanti: S. Völcker u G. Terhorst, Rechtsanwälte), Bank Austria Creditanstalt AG (C-135/07 P) (rappreżentanti: C. Zschocke u J. Beninca, Rechtsanwälte), Österreichische Volksbanken AG (C-137/07 P) (rappreżentanti: A. Ablasser, R. Bierwagen u F. Neumayr, Rechtsanwälte)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u R. Sauer, aġenti, D. Waelbroeck u U. Zinsmeister, Rechtsanwältin)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2006, Raiffeisen Zentralbank Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02), hawnhekk T-264/02, Erste Bank der österreichischen Sparkassen vs Il-Kummissjoni, li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet parzjalment ir-rikors intiż, b’mod prinċipali, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/138/KE tal-11 ta’ Ġunju 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/36.571/D-1, Banek Awstrijaċi — “klabb Lombard”) (ĠU L 56, p. 1) u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multi mogħtija lir-rikorrenti — Akkordju fuq is-suq tal-prodotti u tas-servizzi bankarji — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Metodu ta’ kalkolu tal-multi
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
Erste Group Bank AG, li kienet Erste Bank der österreichischen Sparkassen AG, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG, Bank Austria Creditanstalt AG u Österreichische Volksbanken AG huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 117, 26.05.2007
Full & Egal Universal Law Academy