6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-136/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 89/48/KEE u 92/51/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi u ta' taħriġ professjonali - Professjoni ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru)
(2008/C 313/07)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u R. Vidal Puig, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16), u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p. 25) — Aċċess għall-professjoni ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fir-rigward tal-professjoni ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin u mad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn id-direttivi.
2)
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy