8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-141/07) (1)
(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Ħarsien tas-saħħa pubblika - Ġustifikazzjoni - Spiżeriji - Forniment ta' prodotti mediċinali direttament lill-isptarijiet - Viċinanza tal-isptar ikkonċernat’)
(2008/C 285/11)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Schima, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 28 u 30 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi rekwiżiti fuq spiżeriji għall-forniment ta' prodotti mediċinali direttament lill-isptarijiet, rekwiżiti li fil-prattika jistgħu jiġu ssodisfatti biss minn sptarijiet li jinsabu fil-viċinanzi tal-isptar ikkonċernat
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy