13.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 236/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid — Spanja) — Ecologistas en Acción-CODA vs Ayuntamiento de Madrid
(Kawża C-142/07) (1)
(Direttivi 85/337/KEE u 97/11/KE - Stima ta' l-effetti ta' proġetti fuq l-ambjent - Xogħlijiet ta' rranġar u ta' titjib ta' toroq urbani - Soġġezzjoni)
(2008/C 236/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA
Konvenut: Ayuntamiento de Madrid
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Proġetti ta' żvilupp ta' toroq urbani f'żoni ta' densità demografika għolja jew li jirrigwardaw pajsaġġi importanti mill-aspett storiku, kulturali u arkeoloġiku — Soġġezzjoni għal proċedura ta' stima minħabba n-natura, id-daqs u l-effett tagħhom — Applikabbiltà tal-kriterji tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-332/04, Il-Kummissjoni vs Spanja
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprovdi għall-istima ta' l-effetti fuq l-ambjent tal-proġetti ta' rranġar u ta' titjib ta' toroq urbani meta dawn ikunu proġetti previsti fil-punt 7(b) jew (ċ) ta' l-Anness I ta' din id-direttiva, jew meta dawn ikunu proġetti previsti fil-punt 10(e) jew fl-ewwel inċiż tal-punt 13 ta' l-Anness II ta' l-imsemmija direttiva, li x'aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent minħabba n-natura, id-daqs jew il-lokalizzazzjoni tagħhom u, jekk ikun il-każ, fid-dawl ta' l-interazzjoni tagħhom ma' proġetti oħra.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy