7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-24 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mill- Finanzgericht Hamburg — Il-Ġermanja) — Reuter & Co. (Firma A.O.B.) vs Hauptzooamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-143/07) (1)
(Agrikoltura - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Artikolu 11 - Sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli - Kundizzjoni għall-għoti tar-rifużjoni - Rifużjoni mħallsa lill-esportatur wara preżentazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati mill-kokontraent tiegħu - Merkanzija mhux esportata - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet)
(2008/C 142/13)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Reuter & Co. (Firma A.O.B.)
Konvenut: Hauptzooamt Hamburg-Jonas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94, tat-2 ta' Diċembru 1994 (ĠU L 310, p. 57) u ta' l-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta' April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 102, p. 11) — Rifużjoni mħallsa lill-esportatur wara preżentazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati minn terza persuna — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' sanzjonijiet
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta' Novembru 1987, li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94, tat-2 ta' Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni li huwa jipprovdi hija applikabbli fir-rigward ta' esportatur li applika għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal merkanzija, meta din il-merkanzija, wara l-imġiba frawdolenti tal-kokontraent tiegħu, ma ġietx esportata.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy