22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008 — K-Swiss, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-144/07 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Terminu ta' rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Deċiżjoni tal-UASI - Notifika permezz ta' posta espress - Kalkolu tat-terminu ta' rikors)
(2008/C 301/14)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: K-Swiss, Inc. (rappreżentanti: H.E. Hübner, Avukat)
Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Appell imressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla), tal-14 ta' Diċembru 2006, K-Swiss vs UASI (T-14/06) li tiċħad bħala inammissibbli rikors intiż għall-annullament ta' deċiżjoni tal-Ewwel Brod tal-Appell tal-UASI — Terminu ta' rikors — Notifika permezz ta' posta espress — Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
K Swiss Inc. hija kkundanata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy