29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
Kawża C-147/07 (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 80/778/KEE u 98/83/KE - Kwalità ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem - Konċentrazzjoni massima f'nitrati u pestiċidi - Applikazzjoni żbaljata)
(2008/C 79/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán, J. Hottiaux u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Gasri, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta' Novembru 1998, dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, p. 32) — Qbiż, f'ċerti dipartimenti, tal-parametri kimiċi stabbiliti fil-parti B ta' l-Anness I tad-Direttiva 98/83 — Nitrati u pestiċidi
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta' Novembru 1998, dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 28.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy