5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — E. Friz GmbH vs Carsten von der Heyden
(Kawża C-215/08) (1)
(Ħarsien tal-konsumaturi - Kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju - Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/577/KEE - Sħubija f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà - Tħassir)
2010/C 148/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: E. Friz GmbH
Konvenut: Carsten von der Heyden
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 5(2)tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262) — Kamp ta’ applikazzjoni — Sħubija ta’ konsumatur f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà, li essenzjalment għandu l-għan ta’ investiment ta’ kapital — Effetti legali tar-tħassir
Dispożittiv
(1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju, tapplika għal kuntratt, konkluż f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar is-sħubija ta’ konsumatur f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà meta l-iskop prinċipali ta’ tali sħubija mhuwiex li l-konsumatur isir soċju fl-imsemmija soċjetà, iżda li jagħmel investiment ta’ kapital.
(2)
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 85/577 ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, regola nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ ta’ tħassir tas-sħubija f’fond ta’ proprjetà immobbli magħluq ikkostitwit taħt il-forma ta’ soċjetà, li sseħħ wara tranżazzjoni ta’ bejgħ bieb b’bieb mhux mitlub, il-konsumatur jista’ jinvoka kontra din is-soċjetà, fuq l-attiv nett tal-likwidazzjoni, dritt ikkalkolat skont il-valur tas-sehem tiegħu fid-data tal-irtirar tiegħu minn dan il-fond, u b’hekk jista’ jikseb lura ammont li jkun inqas mill-valur tal-kontribuzzjoni tiegħu jew jiġi mġiegħel jipparteċipa fit-telf tal-imsemmi fond.
(1) ĠU C 209, 15.08.2008
Full & Egal Universal Law Academy