21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-150/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji - Interessi għad-dewmien dovuti - Regoli tal-kontabbiltà - Sistema ATA)
(2009/C 69/06)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Wilms u M. Afonso, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża [rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. A. Anjos u C. Guerra Santos, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 6(2), 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta' Mejju 1989, li japplika d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1) — Rifjut li jitħallsu l-interessi għad-dewmien fil-każ ta' dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema ATA — Regoli tal-kontabbiltà
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-interessi għad-dewmien dovuti minħabba d-dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema ATA, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obblifi tagħha skont l-Artikoli 2, 6(2) u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta' Mejju 1989, li japplika d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Portugiża tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
4)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-kumplament tal-ispejjeż.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy