24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Theologos-Grigorios Chatzithanasis vs Ypourgos Ygeias kai Koinonikis Allilengyis, OEEK (Organismos Epangelmatikis Ekpaidefsis kai Katartisis)
(Kawża C-151/07) (1)
(Direttiva 92/51/KEE - Rikonoxximent ta' diplomi - Studji mwettqa f' 'Ċentru ta' studji Liberi' li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mill-Istat Membru ospitanti - Ottiku)
(2009/C 19/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Theologos-Grigorios Chatzithanasis
Konvenuti: Ypourgos Ygeias kai Koinonikis Allilengyis, OEEK (Organismos Epangelmatikis Ekpaidefsis kai Katartisis)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikoli 149 u 150 KE, kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 209, p. 25) — Nuqqas ta' rikonoxximent, fl-Istat Membru ospitanti, ta' kwalifika ta' taħriġ professjonali li tagħti d-dritt li tiġi eżerċitata l-professjoni ta' ottiku fl-Istat Membru fejn l-imsemmija kwalifika nħarġet — Taħriġ miksub, fil-parti l-kbira, fi ħdan stabbiliment li jopera legalment fl-Istat Membru ospitanti, iżda li mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim mil-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat
Dispożittiv
L-Artikoli 1(a), 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 89/48/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti huma marbuta, skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din l-istess Direttiva, jirrikonoxxu diploma mogħtija minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor, minkejja li tali diploma tkun ingħatat għal taħriġ imwettaq, kompletament jew parzjalment, fi stabbiliment li jinsab fl-Istat Membru opsitanti li, skont il-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat tal-aħħar, mhuwiex rikonoxxut bħala stabbiliment ta' tagħlim.
(1) ĠU C 117, 26.5.2007.
Full & Egal Universal Law Academy