20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tas-6 ta' Novembru 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-155/07) (1)
(Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2006/1016/KE - Garanzija Komunitarja mogħtija lill-Bank Ewropew tal-Investiment f'każ ta' telf li jirriżulta minn self u minn garanziji ta' self favur proġetti barra mill-Komunità - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 179 KE - Artikolu 181 a KE - Kompatibbiltà)
(2008/C 327/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: R. Passos, A. Baas u D. Gauci, aġenti]
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Arpio Santacruz, M. Sims u D. Canga Fano, aġenti]
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Aresu u F. Dintilhac, aġenti]
Suġġett
Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE, tad-19 ta' Diċembru 2006, li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Kommunità (ĠU L 414, p. 95.) — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 181a KE — Deċiżjoni li tikkonċerna essenzjalment lilll-pajjiżi li qed jiżviluppaw — Ħtieġa li tintuża bażi legali doppja — Artikoli 179 KE u 181a KE
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità hija annullata.
2)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2006/1016 jinżammu fis-seħħ f'dak li jikkonċerna l-finanzjamenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment li kienu ġew konklużi sad-dħul fis-seħħ, f'terminu ta' tnax-il-xahar mid-data ta' din is-sentenza, ta' deċiżjoni ġdida stabbilita fuq il-bażi legali adegwat, jiġifieri l-Artikoli 179 KE u 181 A KE meħuda flimkien.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta' dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
4)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy