6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof) — Finanzamt für Körperschaften III in Berlin vs Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt GmbH
(Kawża C-157/07) (1)
(Libertà ta' stabbiliment - Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Leġiżlazzjoni fiskali - Trattament fiskali ta' telf sostnut minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru taż-ŻEE u li jappartjeni għal kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea)
(2008/C 313/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt für Körperschaften III in Berlin
Konvenuta: Krankenheim Ruhesitz am Wannsee-Seniorenheimstatt GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU 1994, L 1, p. 1) — Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja li jipprovdi għat-tassazzjoni tal-qligħ magħmul mill-fergħa fl-Istat fejn hija stabbilita — Tnaqqis tat-telf tal-fergħa mill-qligħ taxxabbli tal-kumpannija parent — Impossibbiltà għall-fergħa li tittrasferixxi t-telf fiskali għal fuq perijodu segwenti — Inkorporazzjoni mill-ġdid tat-tnaqqis tat-telf kollu tal-fergħa mill-Istat tal-kumpannija parent
Dispożittiv
L-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta' Mejju 1992, ma jipprekludix sistema fiskali nazzjonali li, wara li aċċettat it-teħid inkunsiderazzjoni tat-telf sostnut minn stabbiliment li jinsab fi Stat li mhuwiex dak li fih hija stabbilita l-kumpannija li minnha jiddependi dan l-istabbiliment, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul ta' din il-kumpannija, tipprovdi għal inkorporazzjoni fiskali mill-ġdid tal-imsemmi telf fil-mument meta l-imsemmi stabbiliment permanenti jagħmel qligħ, meta l-Istat fejn jinsab dan l-istess stabbiliment permanenti ma jagħti l-ebda dritt għat-trasferiment għal fuq snin sussegwenti tat-telf sostnut minn stabbiliment permanenti li jappartjeni għal kumpannija stabbilita fi Stat ieħor u meta, bis-saħħa ta' ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż bejn iż-żewġ Stati kkonċernati, id-dħul ta' tali entità huwa eżenti mit-taxxa fl-Istat fejn il-kumpannija li minnha tiddependi din tal-aħħar għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy