21.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-161/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabilixxi l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni ta' soċjetajiet jew kumpanniji fuq applikazzjoni ta' ċittadini mill-Istati Membri - Proċedura ta' ċertifikazzjoni tal-istatus ta' ħaddiema għal rashom)
(2009/C 44/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniz
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. Traversa u G. Braun, aġenti]
Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Litwanja [rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent]
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija [rappresentanti: C. Pesendorfer u M. Winkler, agents]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 43 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-impriżi ta' ċittadini ta' Stati terzi, li hija wkoll applikabbli għal ċittadini Ċeki, Estonjani, Latvjani, Litwani, Ungeriżi, Pollakki, Sloveni u Slovakki — Obbligu, previst għas-sħab kollha ta' kumpanniji u l-azzjonisti minuri ta' kumpanniji b'responsabbiltà limitata, li jipprovdu servizzi tipiċi ta' relazzjoni ta' impjieg, li jsegwu proċedura speċjali sabiex tiġi kkonstatata l-indipendenza tal-applikant li matulha dan tal-aħħar għandu jipprova l-influwenza tiegħu fil-proċedura ta' teħid ta' deċiżjoni tal-impriża li jixtieq jirreġistra fl-Istat Membru.
Dispożittiv
1)
Billi talbet, għar-reġistrazzjoni ta' soċjetajiet jew ta' kumpanniji fir-Reġistru tal-Kummerċ fuq applikazzjoni ta' ċittadini mill-Istati Membri l-ġodda li ngħaqdu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 barra r-Repubblika ta' Ċipru u r-Repubblika ta' Malta, sħab ta' soċjetajiet jew azzjonisti minuri f'kumpanniji b'responsabbiltà limitata, determinazzjoni tal-istatus tagħhom ta' ħaddiema għal rashom mill-AMS jew il-produzzjoni ta' ċertifikat ta' eżenzjoni mill-permess tax-xogħol, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 KE.
2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 140, 23.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy