19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nantes — Commission d'Indemnisation des Victimes d'infractions — Franza) — James Wood vs Fonds de Garantie des victimes des actes de Terrorisme et d'autres Infractions
(Kawża C-164/07) (1)
(Artikolu 12 KE - Diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità - Kumpens mogħti mill-Fonds de garantie des victimes des actes de terrorisme et d'autres infractions - Esklużjoni)
(2008/C 183/05)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance — Commission d'Indemnisation des Victimes d'infractions
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: James Wood
Konvenut: Fonds de Garantie des victimes des actes de Terrorisme et d'autres Infractions
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance — Commission d'Indemnisation des Victimes d'infractions — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu [12] tat-Trattat KE — Kompatibbiltà, fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta' non-diskriminazzjoni, ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lil ċittadin ta' Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni li huwa residenti legalment fi Franza u missier wild ta' nazzjonalità Franċiża li miet barra mit-territorju nazzjonali mill-benefiċċju ta' kumpens mogħti minn Fond ta' Garanzija, abbażi biss taċ-ċittadinanza tiegħu
Dispożittiv
Id-dritt Komunitarju jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teskludi ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri l-oħra, li jaħdmu u jirrisjedu fit-territorju tiegħu, mill-benefiċċju ta' kumpens għal danni kkawżati minn offiżi fuq il-persuna b'riżultat ta' reat li ma jkunux seħħ f'dan l-Istat, unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy