16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Hartlauer Handelsgesellschaft mbH vs Wiener Landesregierung, Oberösterreichische Landesregierung
(Kawża C-169/07) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Sigurtà soċjali - Sistema tas-saħħa nazzjonali ffinanzjata mill-Istat - Sistema ta’ servizzi in natura - Sistema ta’ rimbors tal-ispejjeż imħallsa mill-assigurat - Awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ poliklinika privata għal kura dentali outpatient - Kriterju ta’ evalwazzjoni tal-bżonnijiet li jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ klinika - Għan intiż għaż-żamma ta’ kura medika u kura fl-isptar ta’ kwalità, ibbilanċjata u aċċessibbli għal kulħadd - Għan intiż sabiex ma jkunx hemm riskju ta’ dannu gravi għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali - Koerenza - Proporzjonalità)
2009/C 113/07
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hartlauer Handelsgesellschaft mbH
Konvenuti: Wiener Landesregierung, Oberösterreichische Landesregierung
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 48 KE — Awtorizzazzjoni lil klinika privata sabiex tagħti kuri dentali outpatient — Awtorizzazzjoni suġġetta għal evalwazzjoni tal-bżonnijiet tas-suq.
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 48 KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ klinika privata fil-forma ta’ poliklinika dentali indipendenti u li jipprovdu li tali awtorizzazzjoni m’għandhiex tingħata meta, fid-dawl tal-kura diġà offerta minn tobba li jaħdmu fuq bażi kuntrattwali ma’ fondi ta’ assigurazzjoni, ma jinħass l-ebda bżonn li jiġġustifika l-ftuħ ta’ tali klinika, filwaqt li dawn id-dispożizzjonijiet ma jissuġġettawx bl-istess mod lil kliniċi ta’ grupp ta’ professjonisti għal tali sistema, u li mhumiex ibbażati fuq kundizzjoni li tista’ tillimita biżżejjed l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007
Full & Egal Universal Law Academy