19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-170/07) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Taxxi interni - Obbligu ta' kontroll tekniku fuq vetturi użati importati - Artikoli 28 KE u 30 KE - Direttiva 96/96/KE - Rikonoxximent tal-kontrolli tekniċi mwettqa f Stati Membri oħrajn)
(2008/C 183/06)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Hottiaux u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: E. Ośniecka-Tamecka, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 28 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-vetturi użati importati, l-obbligu ta' kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom, filqaqt li l-vetturi nazzjonali li għandhom l-istess karatteristiċi mhumiex suġġetti għal tali rekwiżit.
Dispożittiv
1)
Billi ssuġġettat il-vetturi użati importati, irreġistrati preċedentement fi Stati Membri oħrajn, għal kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom fil-Polonja, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 28 KE.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 183, 4.8.2007.
Full & Egal Universal Law Academy