4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-19 ta' Mejju 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht des Saarlandes — il-Ġermanja) — Apothekerkammer des Saarlandes, Marion Schneider, Michael Holzapfel, Fritz Trennheuser, Deutscher Apothekerverband eV (C-171/07), Helga Neumann-Seiwert (C-172/07) vs Saarland, Ministerium für Justiz, Gesundheit und Soziales
(Kawża C-171/07 u C-172/07) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 43 KE - Saħħa pubblika - Spiżeriji - Dispożizzjonijiet li jirriservaw id-dritt li tiġi operata spiżerija lill-ispiżjara biss - Ġustifikazzjoni - Provvista affidabbli u ta’ kwalità ta’ prodotti mediċinali għall-pubbliku - Indipenedenza professjonali tal-ispiżjara)
2009/C 153/10
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht des Saarlandes
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Apothekerkammer des Saarlandes, Marion Schneider, Michael Holzapfel, Fritz Trennheuser, Deutscher Apothekerverband eV, (C-171/07), Helga Neumann-Seiwert (C-172/07)
Konvenut: Saarland, Ministerium für Justiz, Gesundheit und Soziales
Fil-preżenza ta’: DocMorris NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht des Saarlandes –Interpretazzjoni tal-Artikoli 10, 43 u 48 KE — Awtorizzazzjoni għall-użu ta' spiżerija rriżervata, skond il-liġi nazzjonali, għall-ispiżjar li jamministra l-ispiżerija personalment — Awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali lil persuna ġuridika fid-dawl tal-effett dirett tad-dritt Komunitarju — Kundizzjonijiet biex ma jiġix applikat id-dritt nazzjonali.
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 48 KE ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li timpedixxi persuni li mhumiex spiżjara li jipposjedu u li joperaw spiżeriji
(1) ĠU C 140, 23.6.2007
Full & Egal Universal Law Academy