4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — Ir-Renju Unit) — Allianz SpA, li qabel kienet Riunione Adriatica di Sicurta SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA vs West Tankers Inc.
(Kawża C-185/07) (1)
(Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ barranin - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta' applikazzjoni - Ġurisdizzjoni ta' qorti ta' Stat Membru sa biex tagħti deċiżjoni dwar inġunzjoni li tipprojbixxi lil parti milli tibda jew tkompli proċeduri quddiem qorti ta' Stat Membru ieħor għar-raġuni li din il-proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ - Konvenzjoni ta' New York)
(2009/C 82/06)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
House of Lords
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Allianz SpA, li qabel kienet Riunione Adriatica di Sicurta SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA
Konvenuta: West Tankers Inc
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — House of Lords — Interpetazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1) — Setgħa ta' qorti ta' Stat Membru li tordna lil parti li ma tibdiex jew li twaqqaf kull procedura ġudizzjarja fi Stat Membru ieħor għar-raġuni li din l-imsemmija proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ.
Dispożittiv
L-adozzjoni, minn qorti ta' Stat Membru, ta' inġunzjoni intiża li tipprojbixxi lil persuna milli tibda jew tkompli proċedura quddiem il-qrati ta' Stat Membru ieħor, għar-raġuni li din il-proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ, hija inkompatibbli mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.
(1) ĠU C 155, 7.7.2007.
Full & Egal Universal Law Academy